March 2, 2017

Nini Nini!

admin
March 2, 2017
0
  Tal-Panama Labour dalwaqt ittihom ferneżija. Kull ma jmur qed jindunaw li n-nies mhux bħanan daqs kemm jaħsbuhom. Qed jindunaw li ħlief għal dawk il-ftit – u dejjem jonqsu – li jisimgħu biss il-vanġelu tal-One u jemmnu mingħajr l-iċken ħsieb u mistoqsija dak li jgħidilhom id-dell ta’ dak li kien Ġużi ta’ Burmarrad, il-kumplament tal-popolin […]
February 22, 2017

Post-Acapulco Malta

admin
February 22, 2017
0
Ara ma tgħidulix li m’aħniex pajjiż ossessjonat b’pajjiżi oħra, għax ngħidilkom qegħdin fil-qamar. Wara li ppruvajna nkunu Svizzera fil-Mediterran, ippruvajna ngibu lid-Dubai u l-Singapore Paceville u San Giljan, issa twikkejna bin-nofsinhar tal-kontinent Amerikan. U din id-darba donnu bħal fatta ma nistgħu neħilsu minnu b’xejn. L-ewwel tqannajna bl-iskandlu tal-Panama li għadu ggranfat mal-Gvern bħall-granċ, u issa ma kienx […]
February 13, 2017

Koalizzjoni u Qagħaq tal-Għasel

admin
February 13, 2017
0
Ilbieraħ mort taħt it-tinda tan-Nazzjonalisti b’appoġġ għall-ġurnaliżmu u stampa ħielsa. Il-Partit Demokratiku u jien nemmnu f’ġurnaliżmu ħieles u responsabbli, għaliex id-demokrazija tosfor jekk ma jkollniex min isus wara min jagħmel il-liġi u ħwejjeġ oħra, biex inżommu xi forma ta’ trasparenza u kontabbilta’ ta’ dak li jiddeċiedu u jagħmlu f’isimna u mhux f’isimna. Jien u dieħla taħt it-tinda, […]
January 31, 2017

il-ħajt ta Trump

admin
January 31, 2017
0
Il-President Trump iddeċieda li jagħtiha għall-ħitan. Dak li jrid jibni biex jifred l-Istati Uniti minn mal-Messiku huwa ħajt tal-ġebel, ħajt li jrid jibni biex jarah kulħadd, inkluż huwa stess biex ifakkar lilu nnifsu li issa għandu poter bla qies u li qed jikkmanda hu. Iżda dan tal-Messiku mhuwhiex l-uniku ħajt li jrid itella’ dan in-negozjant kantun […]
January 24, 2017

Tagħna lkoll

admin
January 24, 2017
0
Bħalissa hawn tgerfix sħiħ fix-xena politika Maltija. Mela Tal-Lejber mhedijin iħabbru nvestimenti kbar. Miljuni kontra mijiet ta’ miljuni. X’ħin tindaga ssib li veru nvestimenti bomba, imma mhux għall-poplu jew għall-pajjiż izda għal erba’ businessmen li qed inittfuna sufa sufa bil-barka ta’ min suppost qed iħaddem ġid pajjiżna f’isimna. Fil-frattemp biex iżommuna aljenati u allegruzi, ramaw b’konsenja vleġeġ aktar […]
January 10, 2017

Bl-Ewropa ġo qalbna

admin
January 10, 2017
0
Ħafna minnkom iħobbuh it-tuffieħ. Tħobbuh aħdar iebes, kemm kemm qares, jew aħmar nar u aktar ħelu. Daż-żmien tħobbuh ukoll f-forma tal-kaxxa quddiemkom li ggib l-istess isem u li sservi ta’ tieqa għall-kumplament tad-dinja, biex tittawwlu, tissindikaw bħallikieku minn xi muxrabija, taraw, issegwu, tiżvugaw, tistaqsu w targumentaw sakemm il-kpiepel t’għajnejkom jingħalqu u tmur għajnkom bikom. Torqdu […]
December 19, 2016

Ningħaqdu

admin
December 19, 2016
0
Il-bieraħ il-Prim sejjaħ għall-għaqda, kif ghamlet il-President ftit jiem qablu u kif ser jagħmlu ohrajn warajh. Fuq din naqbel mal-Prim. Hekk għandu jkun, u hekk għandna nagħmlu. Ningħaqdu. Ningħaqdu bil-fatti favur dawk il-valuri waħdenin li jagħmluna wkoll ewlenin. Ningħaqdu favur demokrazija miftuħa u attiva s-sena kollha. Il-poplu jeħtieġ jiġi kkonsultat u mismugħ bil-fatti mhux bil-kliem. Konsultazzjoni għandha ssir bis-serjeta […]
December 11, 2016

it-TORĊA

admin
December 11, 2016
0
Qed noqorbu lejn tmiem ta’ sena oħra. Inħarsu ‘l quddiem u nippjanaw, iżda rridu u ma rridux inħarsu wkoll lura, ninnotaw u ngħidu bejna u bejn ruhna. Qed ngħixu aħjar? Pajjiżna aħjar? Nibda mill-bażiku. In-nifs u l-ħajja. U nistaqsi. L-arja u l-ilma tagħna aħjar? Il-pulmuni naturali ta’ pajjiżna, il-kampanja tagħna aħjar? Għada hemm? Għada hemm […]
Load More
Likes(0)Dislikes(0)