Author Archives: admin

Il-Poplu huwa sovran

USA-ELECTION-TRUMP-6

Il-poplu huwa sovran.

Id-demokrazija msejsa fuq prinċipji assoluti, li huma dejjiema. Li jinbidel huwa biss ir-
rieda tal-poplu. Id-demokrazija tibqa’ dejjem valida, anka meta r-riżultat ma jkunx dak

mixtieq fuq livell personali jew globali.

Politiku jrid iħoss il-polz tan-nies u jifhem li hu qiegħed hemm sabiex iservi u mhux

jisserva. Irid jieħu azzjonijiet, fil-konkret, sabiex jagħraf imexxi ‘l quddiem, f’kull aspett,

lil dak il-poplu li fdah bit-tmexxija. Jekk dan ma jsirx, u politiku jintrefa ‘l fuq mill-poplu li

eleġġieh, jiġri li ll-elettorat jghaddi messagg bl-unika mod li jifdal lilu, il-vot.

Dalgħodu l-Amerka tkellmet u sebħet bi president ġdid, kontra kull stennija. Ħafna

ħarġu jesprimu d-diżapprovazzjoni għal din l-għażla. Pero tajjeb li nżommu f’mohhna li

din l-għażla kienet konsegwenza, bħal meta sajjied jinqabad f’maltempata bejn sema u

ilma, u l-unika dawl ta’ fanal li jara jimxi lejh, f’attentat iddisprat li jsalva ħajtu.

Diżapprovazzjoni assoluta għal politika truxa. Politika li twiegħed iżda ma tgħaġixxix.

Politika li titfa l-problemi taħt it-tapit waqt li tati l-impressjoni li qed isir xi ħaġa. Politika

mibnija sabiex taġevola lis-sinjur pero tati l-loqom lill-fqir. Politika li ilha sejra fuq dawn il-
binarji għal diversi snin bil-poplu jitkellem kemm ‘il darba u ma jingħatax widen. Poplu li

semma leħnu fl-Amerka u ssa qed nisimgħu leħnu, kull ma jmur aktar jgħajjat, anka

f’pajjiżi oħra madwar l-Ewropa, bħall-Italja, Franza u l-Ġermanja. Leħen li qed jibda

jinstema anka f’pajjiżna.

Il-Partit Demokratiku jawgura li l-politiċi tagħna jitgħallmu minn dak li ġara fl-Amerika u

ma jkunux huma stess li ma jħallu l-ebda għażla lill-poplu Malti u Għawdxi. Il-Partit

Demokratiku nibet sabiex jagħti lill-poplu dik l-għażla. Għażla pożittiva, u mhux għażla

ta’ bejn l-aħjar fost l-agħar.

Il-Partit Demokratiku, filwaqt li jawgura kull suċess lil Donald Trump bħala l-45 President

tal-Istati Uniti u futur ħieni lill-poplu Amerikan taħt it-tmexxija tiegħu, ma jħossx li għandu

jikkummenta dwar il-futur tal-presidenza f’dan l-istadju bikri.

Likes(0)Dislikes(0)

il-Partit Demokratiku jikkundanna mingħajr riservi dak li gie allegat fil- mezzi tal-istampa dwar il-kaz Bogdanovic

bogdanovic

Is-soċjeta’ tati dritt lill-pulizija sabiex jeżerċitaw proċeduri li ċittadin normali ma jistax

jagħmel, bħal jarresta jew ifittex fuq persuna. Pero dan il-kunsens minnunfih jobbliga lill-
pulizija sabiex ikunu responsabbli fl-azzjonijiet tagħhom. Fil-qalba ta’ dan jgħix il-
prinċipju li dawn id-drittijiet huma konsenswalment mogħtija, u għal daqs tant jistgħu jiġu

mċaħħda. Dan il-prinċipju huwa ta’ importanza vitali sabiex l-pulizija tista topera b’mod

kif inhu xieraq f’demokrazija.

Prinċipju ieħor huwa dak li bl-Ingliz jissejjaħ ‘constabulary independence’. Dan il-
prinċipju jassigura l-awtonomija neċessarja sabiex il-pulizija jkunu jistgħu joperaw ‘il

bogħod minn kull indiħil, speċjalment dak politiku. Nuqqas ta’ din l-awtonomija tagħmel

pressjoni fuq il-Korp tal-Pulizija sabiex iservi xi aġenda partikolari għad-detriment tal-
komunita’ in ġenerali. Dan jista jiġi evitat billi l-Korp tal-Pulizija jkun ‘il fuq mill-politika u

mhux fil-kontroll tagħha. B’dan il-mod biss nistgħu nassiguraw li l-pulizija tkun f’qagħda li

tipproteġi, speċjalment lill-vulnerabbli, filwaqt li tħares il-liġijiet tal-pajjiż. L-indipendenza

tal-Korp tal-pulizija huwa ingredjent vitali f’demokrazija. Korp tal-Pulizija f’idejn il-politiċi

hija xi ħaġa assoċjata aktar ma’ stat awtoritarju milli demokrazija moderna.

F’dan ix-xenarju, il-Partit Demokratiku jikkundanna mingħajr riservi dak li gie allegat fil-
mezzi tal-istampa dwar il-kaz Bogdanovic. F’dan il-każ inkisiru żewġ prinċipji

fundamentali, l-indħil politiku fix-xogħol tal-pulizija, kif ukoll in-nuqqas ta’ sensittivita’

minn naħa tal-pulizija fil-konfront ta’ persuna vulnerabbli, li bid-deċiżjoni li ttieħdet żiedet

il-vulnerabilita’ tagħha meta kien fid-dmir tal-Pulizija li tipproteġijha.

Likes(0)Dislikes(0)

Il-Partit Demokratiku: imexxi mhux jitmexxa!

Min hu tampari, jifhimni aktar.

Aħna ġenerazzjoni li għexna t-taqliba minn ġirja sfrenata wara informazzjoni u tagħrif, u meta ngħid ġirja jiġifieri ġirja ta’ veru b’ tal-linja nirriċerkaw fil-libreriji u x’naf jien, għal sitwazzjoni fejn l-informazzjoni tiġri warajna, tiġġieled biex tisirqilna kull sekonda ta’ ħajjitna.

Minn aħbarijiet fuq ir-rediffusion u kif jibda l-Malti jxandar fis-sitta’ ta’ fl-għaxija, sibna irwiehna mirdumin taħt tsunami ta’ ġrajjiet kurrenti minn kull rokna tad-dinja, lkoll f’taqbida sħiħa biex jirbħu u jżommu mqar għal ftit sekondi l-attenzjoni tagħna.

Allura ma niskantax li ħafna nies illum jaqraw it-titlu biss ta’ xi intervista jew ġrajja, u jassumu li m’hemm bżonn taqra xejn iktar għax it-titlu jkun l-essenza tal-verita!

Mela l-ġimgha l-oħra kelli intervista fuq dan il-ġurnal stess. Kienet intervista nteressanti, izda li minħabba t-titlu ħawdet hafna nies. Jien meta ndunajt li n-nies kienu qed isibuha difficli jisimgħuha kollha għaliex tibda wara l-promo u n-nies ma bdewx jindunaw, bdejt ngħhidilhom isimgħuha kollha u ngħidilhom kif, ghax hasra li ħasel nibet Partit gdid kontra kull kurrent u splengun go dahar iz-zewg partiti l-kbar ghax lejali lejn il-poplu, in-nies ma jisimgħux x’ għandna xi ngħidu.

Mela biex niċċara ftit punti.

Il-Partit Demokratiku ma nħoloqx biex jinbela’ minn xi partit politku iehor.

Inħoloq biex ikun il-forza ta’ politika sinċiera u lejali biss lejn l-interess tan-nies kollha mhux gruppi ‘l hawn u ‘l hinn.

Il-Partit Demokratiku ser jikkontesta l-elezzjoni generali li jmiss taħt il-kulur oranġjo tax-xemx t’Awwissu.

Kieku jien ridt nohroġ mal-Partit Nazzjonalista ma kontx nagħmel partit ġdid, imma kont naċċetta l-istedina li saritli.

Jien qatt ma tlabt lil Busuttil jagħmilni ministru.

Raguni sempliċi: jien mmexxi mhux nitmexxa!

Salvu Mallia qatt ma kien fil-qalba tal-formazzjoni ta’ din il-mewġa politka ‘l fuq mill-partiġġjaniżmu li kkonverġiet fil-Partit Demokratiku. Inħobbuh ħafna imma ahna mhux ser nagħmlu bhalu u nħallu lill-PN li kif qalet Risiott, minn partit glorjuż spicca tgerfixa waħda msawra mill-ħafna piki bejn is-sezzjonijiet li jagħmlu l-PN tal-lum, jassorbina.

Il-Partit Demokratiku nħoloq biex iservi l-interess nazzjonali, allura huwa miftuħ għal kull arranġament li jista’ johloq Gvern Alternattiv aħjar milli għandna.  L-emfasi fuq il-kelma aħjar.

Biex nikkunsidraw koalizzjonijiet ma’ partiti ohra inkluz il-PN, irid ikun hemm serħan tal-moħħ li n-nies ha jkollhom dak li vvutaw għalih mhux jerggħu jaraw xi koċċ kuntrumbajsi bċalma ghamel il-Moviment Laburista li sar Panamagang gimgħa wara li ħa l-Gvern!!

Jien personali nibqa’ nservi sakemm iriduni n-nies u l-pajjiż ikollu bżonni. Mil-bqija naghmel il-wisa’ skond ir-rieda tan-nies.

Sadanittant daħluha f’ raskhom li l-Partit Demokratiku ma nħoloqx biex jitmexxa’ minn imnieħru minn xi entita’ oħra bhalma huma ż-żewġ partiti l-kbar.

Il-Partit Demokratiku inħoloq biex izomm  l-interess u l-bżonn tan-nies fiċ-ċentru tal-politka tiegħu.

Ser tmexxuh inthom. Ahna tal-Orange il-vuci tagħkom u ta’ ħadd iktar.

Likes(0)Dislikes(0)

Reviżjoni tal-Paga Minima Nazzjonali

pagaminima

Il-Partit Demokratiku jemmen illi r-reviżjoni tal-Paga Minima Nazzjonali għandha tibda tiġi studjata bis-serjeta’ minnufih, sabiex mill-aktar fis jiġu implimentati il-bidliet necessarji sabiex ikollna paga minima nazzjonali ġusta.

Il-Partit Demokratiku jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-Koalizzjoni ta’ Organizazzjonijiet favur Ġustizzja Soċjali vera kif ukoll lill-GWU li qed timbotta biex minnufih nirxuxtaw id-
diskussjoni wkoll fuq il-Living Wage. Il-ġid iġġenerat f’ pajjiżna għandu jitqassam b’ mod u manjiera li kulħadd ikollu l-opportunita li jgħix ħajja dinjituża mit-twelid sal-mewt.

Likes(0)Dislikes(0)

Nixtieq budget għat-tfal

Hawn isfel ha nagħtikom biss ħjiel ta’ x’nixtieq nara jien fil-Budget tal-lejla. Il-kumplament naqsmu magħkom aktar tard din il-ġimgħa uffiċjalment bħala Partit Demokratiku, jekk ma jinqala’ xejn.

Pero, minn hawn taħt ser tindunaw mill-ewwel x’inhi d-direzzjoni tal-Partit Demokratiku, u ser tikkonfermaw ukoll li din il-forza politika nibtet minn qalb in-nies, minn qalbkom.

Imma nitkellmu aktar fuq hekk meta l-Orange jsir uffiċjali permezz tal-Laqgha Ġenerali Annwali li għandha ssir fil-21 ta’ Ottubru.

L-ewwel irrid nara lill-membri tal-familja Maltija u Għawdxija kollha sew.

L-aktar lill-ommijiet, missirijiet u n-nanniet, li fuqhom taqa’ r-responsabilita’ tat-trobbija ta’ dawk li huma l-preżent u l-futur ta’ pajjiżna: it-tfal.

Sew jiġifieri li minn twelidhom u f’kazijiet anke qabel twelidhom, jikbru fl-għożża jekk jista’ jkun u kemm jista’ jkun tal-ġenituri. Dan speċjalment fl-ewwel tlett snin ta’ ħajjithom meta r-ruh emozzjonali tagħhom trid tifforma u tissaħħah biex tikkumbatti mas-sabiħ u l-ikrah tal-bqija tal-ħajja.

F’ din l-eta mhux biżżejjed li tatihom bottle, tfewwaqhom, tbiddlilhom, taħsilhom u tpoġġihim fis-siġġu jaraw video, jew jilgħabu bil-ġugarelli ġol-playpen. Dan huwa ż-żmien mill-aktar importanti meta l-moħħ ikun karta xuga jassorbi u jitgħallem malajr,  meta t-tfal ikollhom bżonn biżżejjed bews u tgħanniq.  Din it-turija ta’ mhabba, jista’ (bi ftit eċċezzjonijiet) jagħtiħa l-ahjar ġenitur jew ahjar minn hekk ġenituri.

Il-futur ta’ pajjizżna ma jiddependix fuq kemm ikollna sky scrapers u tkabbir fil-prodott gross domestiku, lanqas f’ kemm aħna kapaċi niprivatizzaw malajr dak li mhux jirrendi jew kemm nobormu ODZ u nqaċċtu harrub. Dawn kollha jkollhom effett fuq il-kwalita tal-hajja tan-nies, fuq is-saħħa fiżika u mentali tagħhom, fuq l-identita’ u l-kuntentizza kemm fuq il-futur kif wkoll fuq il-preżent attwali, pero hemm dak li huwa wisq aktar prezzjuz, u li jħoll u jorbot xi kwalita’ ta’ nazzjon qed nevolvu u ħa nevolvu fih.

Il-futur ta’ pajjiżna jiddependi minn kif qed nittrattaw it-trabi u t-tfal tal-lum, u allura la dawn ikunu għadhom f’etajiet zgħar u vulnerabbli jiddependi direttament fuq kif qed nitrattaw lill-familji taghna, partikolarment izda mhux biss lill-ommijiet, missirijiet u saħansitra lin-nanniet li llum ukoll għandhom sehem qawwi fit-trobbija ta’ wlied uliedhom.

Filwaqt li naqbel mija fil-mija li jkun jeżisti child care b’ xejn 24 siegha, kif ukoll Golden Age care 24 siegħa għall-anzjani dipendenti fuq il-familja tagħhom  imma li jibqgħu id-dar u jridu biss jinġabru ghall-irqad, kif ukoll Forever Young Care 24 hour respite għall-inkapaċitati li jibqgħu fil-familja tagħhom, nemmen illi dawk il-membri tas-soċjeta taghna, ħafna minnhom nisa li jagħzlu li jibqgħu jaħdmu id-dar biex irabbu huma l-familja tagħhom, jindukraw anzjan dipendenti jew persuna diżabbli għandu jkollhom rimunerazzjoni xierqa fuq isimhom li ma tħallihomx jgħixu fil-faqar huma għax jieħdu fuqhom l-aktar dover nobbli u imprezzabbli li jista’ jkollu l-bniedem filwaqt li jwieżnu l-piż minn fuq l-istat.

Il-mara/raġel li tagħzel li tibqa’ d-dar hi biex tindokra it-trabi tagħha, anke jekk mizzewwġa għandha tigi nkoraġġita biex tagħmel hekk mingħajr ma tispiċċa dipendenti fuq terzi li kif tafu daqsi jista’ jkun li tfittex u ma ssibhomx. L-istess jgħodd għal dawk li jibqgħu id-dar biex iħarsu l-anzjani u membri tal-familji diżabbli jew morda tagħhom.

Miżuri bhal dawn nifhem li ma setgħux isiru jekk l-ekonomija ma tkunx sejra tajjeb, għaldaqstant, issa huwa l-waqt li ninvestu direttament fit-tisħiħ tal-familji huma ta’ liema xorta huma li flimkien jibnu s-socjeta u l-kommunitajiet tagħna.

In-nanniet illum mhux l-ewwel darba li jgħażlu li jitilqu mill-impjieg huma biex iżommu t-tfal ta’ wliedhom li jkunu għadhom qed jikkumbattu mal-loans li hafna drabi itaqqlu bis-sħiħ l-ewwel u l-aktar zmien vulnerabbli tal-eżistenza tagħhom bħala familji ġodda. In-nanniet li jieħdu dan l-intrigu m’għandhomx jitħallew jiftaqqru, imma għandhom ikollhom rimunerazzjoni barra li jkollhom pensjoni xierqa meta jaslu għaliha.

Imbagħad hemm il-prezz li qed jitpoġġa fuq il-ħin li omm u missier qed jissagrifikaw ‘il bogħod minn familthom biex jassiguraw l-għixien tagħhom, jew il-ħin li żewġ għarajjes ikollhom jaħdmu biex jibdew biex ilaħħqu biex forsi jixtru jew jikkru fejn joqgħodu, jew il-ħin ta’ persuna waħedha speċjalment li qed trabbi.

4.20 ewro s-siegħa, u ġieli anqas mhuwhiex ħlasmxieraq.

Il-paga minima m’ghadhiex biżżejjed, jeħtieg tiżdied.

U l-prekarjat irid jinqata’ minn fostna.

Biex persuna tagħmel il-qabża meħtieġa biex ikollha darha, fi żmieni kienu jingħataw plots b’xejn u postijiet tal-gvern kera baxxa. Illum m’hemmx plots xi nqassmu imma postijiet vojta hemm ħafna, li jistgħu jinxtraw mill-gvern u jitqassmu fuq sistema ta’ rent to buy jew outright sale bi prezz raġonevoli u b’ loan iggarantita mill-gvern stess permezz tal-propjeta li jkun akkwista.

La l-gvern lest li jiggarantixxi lill-kbir (ez: Electrogas), għandu jkun lest jiggarantixxi s-self limitat taż-żgħir.

Ma tagħmilx sens li fil-housing nibqgħu nistennew il-50 miljun investiment li ilna nisimgħu bih ma nafx kemm. Il-bniedem ħajja waħda għandu u hawn minn fostna li xjaħ jistenna dejr diċenti fejn imidd rasu. Wara kollox lanqas ma tagħmel sens li dawk li għandhom bżonn social housing jitpoġġew kollha flimkien  f’post immarkat qishom xi ġdiem tas-soċjeta. Imma għandhom jitferrxu ġo kommunitajiet diġa stabiliti fejn hemm nies ġejjin minn kull saff tal-ħajja.

Ammont stabbilit mill-ewwel self li jissellef individwu jew koppja biex jakkwista l-ewwel dar għandu jiġi ggarantit mill-gvern u jkun mingħajr imgħaxx għall-ewwel ħames snin ta’ individwu u l-ewwel għaxar snin ta’ koppja. Wara, l-imgħaxx ghandu jibqa’ stabbilit u baxx.  Kull individwu u familja għandha tinghata l-opportunita’ ta’ rent to buy, sabiex kulħadd ikun jista’ jagħmel il-qabża minn isħaq u ilgħaq għal sid ta’ daru.

Familji f’diffikulta għandu jkollhom aċċess għal għajnuna f’forma umana diretta minn Family Care Institution li tifforma apposta biex nindukraw il-familji  mill-ewwel meta dawn isibu ruhhom f’diffikulta’, u qabel ma jkun tard wisq. L-istess għajnuna għandha tingħata mill-bidu lit-tfal ta’ familji għaddejjin minn problemi, kemm biex jigu evitati problemi agħar u ikbar u rriversibbli għall-membri tal-familji kif ukoll biex bhala stat ninvestu dirett f’soċjeta b’saħħitha.

F’każijiet ta’ qorti qeda ssir inġustizzja ma’ min huwa l-aktar vulnerabbli fis-soċjeta tagħna, partikolarment nisa u tfal, kemm minħabba l-fatt li l-ispejjeż tal-qorti ma jaffordjawhomx, kemm ghax jispiċċaw ibiddlu minn avukat tal-fqar wieħed ghall-ieħor, imma wkoll għax il-breadwinner spiss tibqa’ l-omm, li tieħu t-tfal u tiġbor mill-iskola tkun l-omm, u allura aktar iva milli le tkun fi stat li la tista’ timrad u lanqas tista’ titlef ġurnata xogħol.

M’ hemmx ghalfejn ngħidilkom xi stress kbir jgħixu dawn l-ommijiet/missirijiet. Għaldaqstant il-qorti jeħtieg tkun effiċenti biex ħadd ma jibqa’ mdendel f’ vacuum ma jafx x’ħa jsir minnu, imma wkoll b’xejn għal min ma jiflaħx iħallas.

Kif diga ghħedtilkom dawn huma biss ftit mill-punti li nixtieq nara nklużi fil-budget tal-lejla.

Matul il-gimgħat li gejjin kemm fil-Parlament kif ukoll barra minnu, ahna tal-Partit Demokratiku ser niddiskutu magħkom x’forma ser tieħu id-direzzjoni   primarjament Family Friendly, Health and Environment Friendly kif ukoll Research and Enterprise Friendly, liema direzzjoni bħall-partit innifsu qed tiżviluppa minn fostkom u għalikom u tibqa’ tevolvi biex isserrħilkom raskom li fl-aħħar minn l-aħħar pajjiżna jista’ jkollu governanza bil-għaqal li żżomm il-ħarsien   tan-nies u s-serħan tal-moħħ ta’ kull persuna fiċ-ċentru tagħha.

Likes(0)Dislikes(0)