Author Archives: admin

Nivvutaw għas-sewwa, mhux biss kontra l-ħazen

Il-Greċja kien hemm u għad hemm ugiegħ kbir.

Familji fit-triq, għax tilfu darhom.

Żgħażagħ bla xoghol.

Suwiċidji.

Is-soċjaliżmu tal-Pasok fnihom, tradihom għax kien soċjaliżmu finta, jgħodd biss għall-popolin waqt li min imexxi jiffanga.

In-nies ippruvaw ibiddlu bil-vot izda n-nazzjonalizmu tan-New Democracy tradihom. Kien biss estensjoni ta’ sistema korrotta li baqgħet l-istess imma beżqet uħuh ġodda fuq quddiem.

Taparsi nbidel xi ħaga.

Izda l-korruzzjoni kompliet u n-nies baqgħu jitilfu ħobżhom, baqgħu jitilfu lill-uliedhom, baqgħu jitilfu s-saqaf ta’ fuq rashom.

Poplu kburi.

Umiljat.

Il-Griegi reggħu ppruvaw id-demokrazija li vvintaw huma stess. Ippruvaw is-Syrrhiza, xellugin radikali. Imma s-Syrrhiza sabet ħajt imkaħħal.

L-Unjoni Ewropeja talbet bidla radikali qabel tgħin, li fuq il-kotba bla ruħ kienet tagħmel sens, imma man-nies tad-demm u l-laħam qatgħet fil-laħam il-ħaj. Giet taqa’ w tqum miż-żgħażagħ u l-pensjonanti muġuwha, vittmi ta’ snin twal ta’ politika korrotta bil-barka tal-pajjiżi kbar tal-EU kompliċi u parteċipi.

Il-Greċja kkollassat. Spiċċaw lanqas flusek ma tieħu kemm trid mill-banek (capital controls).

Il-Ġermaniżi xtraw kull m’hemm, u li kien baqa’ ħatfuh ir-Russi u ċ-Ċiniżi.

Id-dinja l-Ewropa baqgħet tħares, tosserva, lill-Greċja qisha souvenier ta’ Mykonos fil-vetrina.

Il-gwerra tal-establishment magħmula minn politiċi, korporazzjonijiet u midja kontra l-poplu grieg saret u ntrebħet mingħajr sparatura waħda.

Il-PM Tsipras kellu jbaxxi rasu biex ma jabbandunax lill-poplu tiegħu, u għadu hemm jissielet wara l-katastrofi li kompla ġab lill-pajjiżu fiha għax ipprova jieqaf lill-iġganti. Kellu issa jilgħab il-logħba tagħhom, inkella pajjiżu jaqa’ f’kaos ikbar.

Sadanittant in-nies komplew jaqtgħu qalbhom.

Is-saħħa tal-establishment li ħareġ aktar b’saħħtu mis-saħħa tal-vot tagħhom jew minn min minn żmien għal żmien qed jitlob il-vot tagħhom spikkat.

Biex il-Greċja tvinċi ma kienx biżżejjed li tirbaħ id-demokrazija f’artha. Riedet tirbaħ id-demokrazija fl-Unjoni Ewropeja kollha għax huma l-Prim Ministri u l-Ministri tal-Finanzi tal-UE kollha li ddeċidew il-futur u l-preżent tal-Greċja wara li ħadmu bizzilla l-passat tal-Greċja.

Il-valuri li fuqhom ssejset l-UE twarrbu minn kull vot li ttieħed. Interessi finanzjarji tpoġġew qabel il-bżonn ta’ poplu mifni.

L-establishment rebah, fuq id-diċenza u fuq l-għajta tal-poplu.

Spanja għaddiet minn perjodu simili. Wara l-ħerba li ħalla warajh Zapatero, Rajoy ipprova imma l-korruzzjoni fnietu.

Spanja marret aħjar u stabilizzat fix-xhur, kwazi sena li għamlet mingħajr gvern, sakemm tinstab koalizzjoni xierqa biex tiggverna. Marret aħjar meta mexxa biss iċ-ċivil!

L-Istati Uniti tafu x’ġara.

Poplu ddisprat u diżilluż mill-ħmieg tal-wiċċ politiku tal-korporazzjonijiet il-kbar u l-midja tagħhom, ħalef li jbiddel qabel ma jqammel izjed.

Anke jekk Trump huwa l-personifikazzjoni tal-establishment u l-interessi kummerċjali qabel dawk umani, in-nies ppreferew lilu għax ‘ġdid’ minn dawk li ħassew li dahqu bihom ħafna drabi għal ħafna snin.

Il-bieraħ kellna żewġ rizultati kontrastanti.

Fl-Awstrija n-nies għazlu l-valuri ta’ paċi u solidarjeta mal-umanita li huma l-bażi tat-twemmin li jgħaqqad l-UE, fuq il-popoliżmu lemini li aktar ma jissaħħaħ, aktar ikisser l-UE li nħolqot biex tagħlaq il-feriti ta’ żewg gwerer ikkawżati minn mexxejja popolisti, neqsin mill-iċken rispett lejn l-umanita, li biex jakkwistaw aktar poter biċċru lill-Ewropa u lill-Ewropej.

L-Awstrijaċi imma, jiftakru l-gwerra aktar mill-qrib, u qed jgħixu tajjeb biżżejjed biex ma jinbelgħux mill-mewġa ta’ rabja kbira li għandhom l-Ewropej partikolarment tal-Mediterran għall-mexxejja tagħhom.

Fl-Italja minn-naħa l-oħra l-ommijiet għaddew mill-qsim il-qalb li jaraw lill-uliedhom jippakkjaw il-bagalji u jitilqu minn pajjiżhom biex ifittxu x-xogħol. It-taxxi u l-burokrazija fniethom u gerrxithom milli jinvestu f’pajjiżhom kif jixtiequ.

Anke jekk l-Italja bdiet tirpilja f’ħafna oqsma.

Hemm id-diżappunt ta’ snin. Id-diżilluzjoni rebħet fuq l-istabilita.

L-għadab rebah fuq it-tama u vot li seta’ jagħti aktar stabilita’ u jnaqqas dak li hafna jaħsbu li qed inaqqar ir-riżultat tal-attivita’ politka fl-Italja, nbidel f’ wieħed ta’ protesta kontra kollox u kontra kulħadd.

Li wieħed jingħaqad biex ikun kontra xi ħaġa mhux biżżejjed.

L-għada tal-vot jisbaħ, u l-pjan irid ikun hemm, ikun ċar u jkun miftiehem mal-poplu minn-nies sinċieri li mhux lesti jinbelghu mill-establishment biex igawdu huma waqt li jidħqu bin-nies.

Spiċċa a z-zmien tax-xellug u tal-lemin.

Issa ż-żmien tal-onesta u s-sinċerita’ fil-politika. Aktar minn qatt qabel.

Fir-realta’ politka tal-lum l-għażla tan-nies ha tkun bejn dawk li jistgħu jafdaw biex iżommuhom fil-qalba ta’ kull politika tagħhom, u bejn dawk li juruhom id-debba u jqabbżulhom il-ħmara.

Il-ġlieda politika ħa tkun bejn dawk li jirrispettaw il-valur u d-dinjita’ tal-umanita mill-ġuf sal-mewt, u bejn dawk li l-ħajja tal-bniedem għalihom tfisser biss pedina, numru, biex tintuża bħal fis-Snakes and Ladders, fil-logħba għall-perks tal-quċċata .

Il-Partit Demokratiku nħoloq biex jerġa’ jdahhal id-dinjita’ u r-rispett fit-tmexxija tal-pajjiż.

Inħloqna biex nerġghu indaħħlu l-umanita, is-sinċerita’, il-qalb tajba u l-ħniena fil-vokabolarju tal-għixien ta’ kuljum tal-poplu taghna.

Li tivvutaw għalina mhux biss ser tivvutaw kontra l-korruzzjoni ta’ establishment fis-sakra jitħanżer minn fuq ġidkom filwaqt li jgħamikom bil-frak.

Li tivvutaw għalina ser tivvutaw ghas-sewwa maghruf, ser tivvutaw għal dawk il-valuri li l-frott tagħhom, il-frott ta’ missirijietna, bhalissa qed jiġi sparpaljat minn klassi politika mixtrija mill-establishment li għax inxtrat tilfet ir-roadmap qabel biss bdiet.

Likes(0)Dislikes(0)

Inbiegħu is-saħħa jew saħħitna nbiegħet?

Is-settur tas-saħħa mhux faċli biex issostnieh.

Il-popolazzjoni anzjana dejjem tikber titlob aktar tipi ta’ kura għal aktar żmien. L-ambjent u l-livell tal-istress hu li hu, il-vizzji ma jonqsux u nippriedkaw kemm nippriedkaw aħna poplu li żaqqna ma nibddluha ma xejn u l-eżerċizzju mhuwhiex ħabib tagħna daqs kemm hemm bżonn li jkun.

Barra minn dan kollu, it-tipi ta’ mediċini, u l-forom ta’ teknoloġija għad-diagnożi u għall-kura dejjem jiżdiedu, u allura l-bżonn ta’ l-investiment kontinwu ma jonqosx.

Issa kulħadd jaf illi jekk fil-privat biex tibni sptar jiswielek mitt ewro u ddum sentejn, jekk ikun tal-Gvern dan jiswielek ħafna u ħafna aktar, ddum iktar biex tlestieh u jiswielek iktar biex iżżommu, jekk ma ssibx ukoll li minkejja li tkun ħallast biz-zalza, xorta hemm strutturi difettużi għax tkun ħallast għal prodott mod u laqqatt riżultat mod iehor.

Lkoll nafu wkoll li jekk pazjent fil-privat jiswielek medja ta’ mitt ewro kuljum biex iżżommu u tikkurah, fl-isptarijiet pubbliċi x’aktarx li l-istess kura fl-istess żmien tiswielek ferm u ferm aktar.

Minħabba li din is-sitwazzjoni ta’ diskrepanza bejn dak li jonfoq il-poplu f’taxxi biex isostni dan is-servizz bażiku għall-ħajja, u bejn dak li fil-prattika suppost jiswa’ dan is-servizz, hija sitwazzjoni li ilha hekk żmien u ġmielha taggrava, il-gvern ta’ Muscat kellu jiehu deċiżjoni.

L-għażla kienet bejn jekk jiċċalinġjax l-istatus quo u l-establishment minsuġ f’għanqbuta ta’ nteressi, inaddaf tindifa u jmexxi sew biex jirrendi s-settur  ħieles mis-susa f’kull livell, jew inkella jingħaqadx huwa wkoll mal-establishment billi jfarfar mir-responsabilita ta’ ristrutturar b’roadmap bil-pazjent u l-ħaddiem fiċ-ċentru tagħha, u minflok juża flus il-poplu biex jinvesti u jirranġa, jispiċċa jwaddab dal-flus fl-għama lejn l-isfida ppreżentata lilu.

M’għandniex xi ngħidu li l-għażla ta’ roadmap serja ovvjament kienet ser tirfes kallijiet u mhux ftit.

Barra minn hekk biex tasal u tirnexxi tinħtieg kompetenza u dedikazzjoni kbira lejn il-pazjent u l-vulnerabbli li jew ikollok ġo qalbek, jew lanqas biss tkun taf fejn toqgħod.

Dan bħal meta jkollok dar mfarrka u jkollok familja xi żżomm.

Tkun bejn ħalltejn jekk tidħolx għal ħafna spejjeż u skariġġ biex tirranġaha, u tgawdi l-frott, jew tbiegħhiex b’li jiġi u teħles eħfef fl-immedjat imma darek ma tkunx tiegħek aktar u tispiċċa li trid tfittex saqaf ġdid bil-prezz li ssib, jekk issib.

Jekk tkun taf għalxiex diehel jaf tmur tajjeb jekk tbiegħ, jekk tarmi ġidek u tixtri bl-addoċċ tbati int u wliedek miegħek.

Intant, anke jekk fl-aħħar minn l-aħħar, id-deċiżjoni ttieħdet li jiġi pprivatizzat porzjon qawwi mis-servizzi tas-saħħa, ma kinetx tkun waqgħet id-dinja sakemm wiehed iżomm saqajh mal-art u ma jimbelgħax minn dak li kien qed jikkkompromettieh qabel ma anke hu sar parti minnu.

Sakemm wieħed ikun jaf x’biegħ, lil min biegħ, li dak li biegħ ġab prezz ġust u tajjeb għalih, u li dak li issa ser ikollu jixtri ser ikun ta’ kalibru aqwa u li ser jieħdu bi prezz li jaqbel u jagħmel sens għax ser imur aħjar, kieku jkun hekk, kulħadd kuntent, kulħadd ferħan.

Imma jekk minn naħa l-oħra lis-sidien ta’ dak li qed tbiegħ, f’dan il-kaz il-poplu, ma tkunx kapaċi tgħidilhom sewwa sew x’biegħt f’isimhom, lil min biegħt, taħt liema kundizzjonijiet,  xi gwadann hemm minn dan il-bejgħ, biex ser tissostitwixxi dak li neħħejt, kemm ser jiswielhom u għaliex, u għalxiex qablilhom daqshekk, jekk ma twiġiebx lin-nies jew lir-rappreżentanti tagħhom ovvja li ser iduru fuqek u jakkużawk li m’intix tirraġuna.

Bħalissa f’din is-sitwazzjoni qiegħed il-poplu.

Il-bejgħ tas-settur tas-saħħa sar f’tebqa t’għajn, mingħajr l-iċken stqarrija fil-parlament, mingħajr l-iskrutinju tal-parlament u mingħajr l-iċken dibattitu.

Lill-poplu u lill-Parlament, l-ewwel ħbewlu l-kuntratt, imbagħad tawh il-kuntratt nieqes it-tweġibiet li għandu bżonn biex iserraħ rasu li mhix xi ħadma oħra bħal tal-Enemalta, taż-Żonqor, tal-art tal-ITS, tal-Premier, tal-Electrogas, tat-torrijiet ta’ Paceville u x’naf jien.

Imbagħad biex jgħattu l-pannu bil-qara’ aħmar, u wara li l-Ombudsman qal ċar u tond li bil-privatizzazzjoni hu ma setax jipproteġi aktar lin-nies f’ilmenti fis-settur tas-saħħa, il-ministru attwali, li ngħata l-inkarigu wara li kien biegħna ta’ qablu, ħareġ jiġri bil-propaganda tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-pazjent. Din mhix ħlief bżar fl-għajnejn. Hija biss dikjarazzjoni bla snien la mhux imsaħħa bil-leġislazzjoni neċessarja biex taqdi lin-nies.

Issa jekk fil-bosta skandli u bawxati oħra in-nies ħassewhom imweġġa’ u nsultati, inħallikom taħsbu x’qed jaħsbu fuq din fejn la jafu x’ser jiġri mill-ingaġġ futur ta’ dawk il-ħaddiema li qed jitħarrgu fis-settur, u taħt liema kundizzjonijiet, la jafu kif eżatt ser jintnefqu il-miljuni li ngħataw lill-din il-kumpanija mill-flus tal-budget, la jafu din il-kumpanija minn fejn ġabet il-miljuni li ntqal li ser tinvesti fl-isptar t’Għawdex, St Lukes u Karen Grech, la jafu x’inhu t-timeframe biex dawn il-proġetti’ jitlestew,  u fuq kollox ma jafux jekk x’ħin jiġu bzonn intervent, operazzjoni jew follow up hux ser jingħatalhom fil-ħin biex iżmmhom hajjin, jew hux ser jinqdew għall-bżonn tagħhom waqt li għadhom ħajjin!

In-nies qed jistaqsu għalfejn biegħna l-isptarijiet u biċċa sew mis-sevizz?

Jekk l-art li kienet tal-ITS u li ser tingħata lill-privat giet stmata ‘l fuq minn mitejn miljun, mela St Lukes u l-art imprezzabbli tieghu, ta’ Karen Grech u tal-isptar t’Għawdex kemm tiswa?

U għalfejn tajna dawn il-binjiet u artijiet massiċċi b’ servizzi l-aktar importanti ghat-tisħiħ tas-soċjeta tagħna bil-hbub lill-barranin?

Likes(0)Dislikes(0)

Organised Pimping of Malta (OPM) sive l-Establishment.

Meta ħabbatt il-bieb tas-sajjieda Xlukkajri wegħdthom moll biex jekk xejn jipproteġilhom il-qxur tal-baħar tagħhom.

Hekk kienu qaluli biex ngħid.

Jien emminthom.

Sa dakinhar konna qed ngħidulhom li fi żmien sena l-cancer factory tkun qalbet għall-gass għax Alice ma tkunx għadha Wonderland, u li l-proġett tat-tisbiħ ta’ Marsaxlokk ha nagħmluh gass down ħalli npattu għall-inkonvenjent tal-koppla tal-Mosta ħażna gass li kellna npoġġu fuq l-art ġo Delimara.

Kważi erba’ snin wara nqaleb kollox ta’ taħt fuq.

Il-koppla tal-Mosta saret supertanker oxxeni ta’ ġol-bokka ta’ Marsaxlokk, li l-Bambin biss jaf x’ ħa jsir minnu mal-ewwel maltempata goffa li nlaqqtu, il-cancer factory għadha ddaħħan qisha mhux hi, il-moll u l-proġett tat-tisbieh ta’ Marsaxlokk għadu Wonderland , u Alice baqgħet dejjem on the way tisfida deadline kontra deadline fenominali.

Peress li bħal li kieku dan ma kienx biżżejjed biex jinsulta l-intelliġenza tax-Xlukkajjri, wara li wikkewhom b’dan kollu u ħafna w’ħafna aktar kruhat u inkonvenjent ta’ żvilupp industrijali sħih biex ipaxxi l-Electrogas u l-l-Electrogas biss u ifhmuni, x’ taħsbu li għamlu?

Mela Il-famuża  ħaġa ta’ minn flok il-MEPA, dik li ma jindaħlilha ħadd u tiddeċiedi dejjem skond il-ġid tal-pajjiż u mhux kif jiġbdilha l-ispaga l-Gvern tal-ġurnata, ħarġet planning gainta’ €125,000 lil Marsaxlokk biex taparsi tagħmel tajjeb għall-isfreġju ambjentali u l-periklu kbir li qed jakkumpanja dan l-iżvilupp.

Jekk taħsbu ftit u meta tqis li l-Freeport dabbar planning gain ta’ €955,000 li fil-fehma tiegħi xorta ftit, u li tiskantax jekk jaħfrulhom għax appellawh a bħalma kien għamel Gonzi, tindunaw Malta min qed jikkmandaha, jekk hux in-nies bil-vot tagħhom jew l-establishmentta’ ndustrijalisti issa aktar favuriti li ħakmu l-Gvern, friends with businessmen taħt idejhom, bħalma kienu jikkmandaw lill-futur fis-sod ta’ qabilhom.

U ngħid li fis-sod il-futur tagħhom bina l-bħanen nassigurawlhom fewdu wara fewdu aħmar jew blu biex taparsi qed ngħixu f’demokrazija . Tarax!

Intant nistħajjilkom tistaqsu : imma issa xi tridhom jagħmlu, cioe xi tridna nagħmlu?

Issa blajnih.

Hekk hu, issa blajnih, blajnih aktar minn mazzun, u għalxejn inqattgħu lejl wara lejl noħolmu li qed nimpustawlu dawk l-€12,500 muniti waħda waħda fejn ma jarax ix-xemx, għax ikollna bħal ċwieċ nistennew elezzjoni oħra biex lil Panamalejber nuruh li b’ tan-naħa t’ isfel ma tidħaqx u terġa’.

Sadanittant, anke jekk ikunu mlew il-borża  u ħarbu, aħna għandna tmintax-il sena msallbin b’ dan l-imbarazz biex flok nixtru mill-interconnector li hu irħas u ma jbellgħalniex duħħan għal ġo sidirna, nixtru bil-fors m’għand Gasan u l-bella kumpanija ħalli huma jkomplu jgħaqqduhom  u jinfquhom torrijiet sa ġos-sħab, u lil poplu jkomplu jerdgħulu l-ftit saħħa li baqgħalu.

Imma issa dil-ġimgħa bdew matafri ġodda. Peress li fl-Istati Uniti tela’ Trump, cow boy prim li moħħu jaħdem minn taħt żaqqu, fl-establishment ta’ Kastilja, jew biex inkun aktar preċiża fl-OPM (Organised Pimping of Malta) nqala’ ftit paniku. Dan għaliex inħass il-periklu li dan Trump hemm ċans li jiżboq lill-klikka ta’ Kastilja tagħna fejn jidħlu abbużi, praspar, u eżempji ħżiena lill-popolin. Mela x’għamlu?

Biex tagħna jżomm ir-record u jibqa’ l-aqwa u l-aħjar f’kollox, u ma jħallix lil dan-nofs ras Amerikan jaqlibielu, ġiegħel lill-pulizija jiġbru tliet tużżani klandestini li kienu ilhom jaħdmu hawn żmien għax dokumenti minn pajjiżhom ma joħorġulhomx u allura ma jistgħu qatt jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tagħhom.

Mela lil dawn bħal-leħħa ta’berqa ġabruhom, qishom il-brown shirts ta’ dak il-kelb li ismu ma nsemmiehx, u f’ radda ta’ salib qafluhom u tellfuhom ħobżhom biex żgur joqtluhom bil-ġuħ.

U għaliex dan kollu ?

U Issa x’ taħsbu li ha jiġri?

Mhux ovvja. Kif tfaqqa’ l-elezzjoni jagħmlu film, minn dawk  tal-ispin li l-ħin kollu jgħaqdu fuq il-One. Film tal-cowboys vera issa. Jagħmlu ħafna xenati b’ dawn l-imsejknin jiġu mbuttati jwerżqu fuq ajruplan li jeħodhom għall mewt ċerta bħal dawk l-Eritrejani li konna bgħatna lura għat-tortura żmien ilu taħt il-PN.

Dan kollu biex juri lill-poplu beżgħan  li l-problema tal-klandestini solvuta u minn żniedha, forsi jobrox il-voti tat-Trumpisti Maltin, għax hekk qalulu s-surveys, li l-Maltin inkwetati mill-immigrazzjoni irregulari.

U għandhom fuq xiex jinkwetaw il-Maltin  l-aħwa tafux .

Filwaqt li lilna jdawwrulna l-films ta’ dawn il-foqra msejknin jiġu ppersegwitati biex inħossuna safe ħalli nerġgħu nivvutawlu, u filwaqt li jgħidilna li dawn kontra l-liġi u ma jistax iħalli ‘l min jikser il-liġi … aħna nafu biċ-ċert li min ikun infurrat bil-liri, liri li ġew mnejn ġew, liri li jixtru blokok ta’ bini kbar u miljuni stocks tal-gvern li jħallu l-commissions, anke jekk dawn in-nies ikunu l-antikrist  jew ta’ ma ġenbu, dawn b’ visa jew ċittadinanza jista’ joqgħodu hawn fostna qishom rejiet. Għal dawn mhux talli għamilna liġi li tkoprihom, mhux talli għandna wisa’, anke jekk flushom ikunu għamluhom minn fuq l-għajb u l-krudelta’ fuq l-umanita’,  talli tant iġibhom illi ser ibiddel wiċċ Malta darba għall-dejjem billi jimlijha twiebet ilellxu weqfin u twal twal biex dawn ikunu jistgħu joqgħodu jħarsu l-isfel lejna ċ-ċwieċ li tajnih il-vot biex inewwel lil pajjiżna fuq platt tad-deheb lil min lest li jaqlagħlu.

Dak huwa l-Gvern li għandna llum.

Il-Gvern li għedtilkom biex tivvutawlu jien għax emmint li se jkaxkar u jxejjen l-establishment li kien rabba l-għeruq f’25 sena ta’ renju u li għax kien qabad it-triq tal-għali kien wasal biex inneħħuh.

Mur għidilna li l-Gvern ta’ Malta Taghna Lkoll li tellgħajna kien diġa’ maħkum mill-istess establishment b’ aktar saħħa, u li waqt li jien kont qed interraq xita u xemx infiehmkom il-manifest li kellu jnaddaf il-governanza mis-susa u l-kamla, fir-raba’ sular MALTA kienet qed titqatta’ biċċiet u tinqasam bejn il-barunijiet li dejjem inħbew wara id-duopoly PNPL mill-indipendenza ‘ l hawn.

X’ma jagħtuhx biż-żewġ lill-Partit Demokratiku, il-Partit  li twieled fin-nies, jgħix fin-nies u jibqa’ tan-nies, u li mhu qatt se jinxtara biex jitradixxi n-nies.

Tal-establishment jibbumbardjawkhom bit-television, radjijiet, riklami, gazzetti u elf ħaġa oħra. Minn fejn taħsbu li jġibuhom il-flus?

Mhux ovvja? Ftit mingħandkom biex ikollhom paraventu u l-bqija mingħand dawk li mal-establishment jaqblilhom.

Intom tmeximxu l-għadma waqt li tal-establishment jiffangaw fuq il-laħma b’ demmha nieżel fuq il-vavalor ta’ fuq sidirhom.

Sewwa qal Il-Prim li huwa ż-żmien tar-revoluzzjoni.

Fuq dik naqblu. Għalhekk il-Partit Demokratiku għażel il-kulur oranġjo – il-kulur tar-revoluzzjoni.

Għax wasal iż-żmien l-aħwa.

Jekk intom patrijotti u tħobbu ‘l Malta u ‘l Ghawdex u tridu tibqgħu tgawwdu s-sbuħija u l-kultura wiesa’ u diversa tagħhom m’hemmx fejn tmorru.

Agħtuna s-sapport tagħkom.

Mhux il-klandestini qed joħdulna artna u l-kultura tagħna minn taħt ħalqna. Dawk huma prodott ta’ establishment globali bla ruħ li jrewwaħ il-konflitt, il-gwerer u l-qerda tal-ambjent  bla skrupli, bir-riżultat li rġiel, nisa u tfal innoċenti jkollhom jitilqu djarhom u jaħarbu,  ħafna drabi dritt għal ġo dirgħajn traffikanti tan-nies li jtertquhom fi skjavitu’ għas-sess, bejgħ tal-organi jew attroċitajiet ta’ xorta oħra.

Jekk intom patrijotti għinuna niġġieldu dan il-ħażen krudili u nissieltu biex  iċ-ċaqliq ta’ nies sfurzat ikun akkumpanjat minn pjan organizzat li jħares id-dinjita’ tal-bniedem hu min hu.

Għinuna niġġieldu biex leħinna lkoll jinstema, sabiex kull pajjiż jerfa’ parti mill-madmad uman li l-ħażen premeditat tefa’ fuq din-xaqliba tad-dinja. Semmgħu leħinkom ma’ tagħna biex dan il-piż nerfawh bid-dinjita’ u mhux billi nkattru l-ħażen b’aktar qlub iebsa, bla ħniena.

Ma nattakkawx il-fqir u l-batut. Nattakaw lil min qed ifaqqru u jġiegħlu jbati u jaħrab, l-establishment tal-ħażen dinji li qabel kien jaħdem minn wara gvernijiet u issa qed jaħtaf gvernijiet f’idejħ, bl-għajta li għandu s-soluzzjonijiet, soluzzjonijiet ta’ aktar krudelta’ u aktar deni lill-umanita’.

Il-ġimgħa l-oħra segwejna biċċa mportanti mill-istorja tal-preżent tad-dinja. Fl-Istati Uniti kien hemm tellieqa għall-poter bejn establishment u establishment. Trump irnexxielu jagħmel il-qabża minn finanzjatur u ħallieq tal-establishment għal establishment issa magħġun skond il-forma tiegħu.

L-Amerikani ma kellhomx għażla.

Imma intom f’Malta għandkom.

Ifthu għajnejkom.

Dalwaqt elezzjoni oħra.

Aħna tal-Orange ha nagħtukom iċ-ċans li tbiddlu ta’ veru.

Dak il-Moviment ta’ wiċċna aħmar u abjad għax naħdmu id f’id b’sinċerita’, ‘l fuq mill-ktajjen partiġġjani tal-passat, għat-tisħih tal-preżent u l-futur ta’ wliedkom għad nistgħu nsarrfuh f’dak li ridtuh intom – il-forza  politka ġdida li kellha tpoġġi l-interess tagħkom l-ewwel, il-forza politka li fi ħdanha ma tagħtix kenn lil min jittradikom b’xi karus fil-Panama filwaqt li lilkom jagħtukom mediċina skaduta.

Likes(0)Dislikes(0)

The curious case of the footballer in Gozo

Everyone knows that football is our national sport. Despite mediocre performances by our national team, and persistent rumours of corruption in the local game it maintains a following whose passion borders on the religious. Fans stay up all night to watch their favourite team and spend huge sums of money to watch them play abroad, but what happened a fortnight ago in Gozo must go down as a milestone in the importance given to this sport locally.

A man, a footballer and ex national team player, was put under arrest for allegedly assaulting his wife and threatening to shoot her with a gun. Rightly so, until he was due to be arraigned in court the following Monday. What began as a routine case of domestic violence took on a twist the day after that will be viewed in the annals of Malta’s Football and judicial history as definitely a first.

Sometime on Sunday someone unknown from the Gozo Ministry made a phone call to the police asking them to release the arrested man so that he would be available to play for his team Xewkija Tigers for a 3pm kickoff. The police acquiesced and the footballer duly played for his team, which subsequently won.

Now Xewkija Tigers is no Barcelona, and the competition in Gozo is no Champions League, but I suppose the result must have been very important to the person who made that phone call, and judging by the result of the match he probably thinks his action was more than justified.

The footballer was arraigned the day after and released under certain conditions. A whole hallabaloo was raised when the incident became public knowledge. An inquiry has been launched, but curiously a Magistrate was not appointed to head it, but an ex-army officer.

Some have tried to make political capital of the incident. I am no fan of Joseph Muscat but even if he did micro manage his ministers and departments, which he apparently does not, I would find it hard to believe he had anything to do with the goings on in a village in Gozo on a Sunday afternoon.

What is concerning, however, is the following:

1. A man was released into the community after threatening his wife with a firearm. There was nothing to stop that man following up on that threat from the time he was released to when he was arraigned in court. The victim was left defenceless by the very people who are paid to protect her.

This shows a total disregard by our police for the seriousness of domestic violence and sends signals that victims cannot be sure of police support. The percentage of unreported cases of domestic violence is sill very high. If they are not given their due importance we cannot expect the situation to improve. Remember we have already had several cases in the past few years which were not acted upon and eventually led to the victim’s death.

2. What happened is a symptom of the deteriorating standards within our police force. Poorly trained police leads to a poor response. Five commissioners in three years does not make for effective leadership and no non-professional CEO will change that. What is needed is an experienced apolitical Commissioner who does not give a flying cuckoo who is in government.

3. That a ministry official even considered it feasible to influence the police is indicative of how far this country has slipped down the slope of lack of accountability and responsibility and poor governance. The puerile reason for which it was done is irrelevant. It sends signals that the rule of law in this country holds no water with those with the right connections, be they personal, business or political.

It is time Malta and its government took a reality check. The increasing anarchy in its institutions does no one any favour in the long run. Cronyism and its after effects are eroding the pillars of our society. This is a direct result of the two party system we have had for way too long, and will continue to do so if things aren’t changed. In the meantime whoever is running this country.is responsible to grab it by the neck and haul it from the abyss it is taking into. Economic success alone does not make for a well run country and this government will not be  judged on that singular issue.

Anthony Buttigieg is deputy leader of the Partit Demokratiku

Likes(0)Dislikes(0)

Viva l-Lejber u n-nemusa

Il-bieraħ dal-ġurnal ippubblika r-riżultat ta’ stħarriġ dwar xi tgħid l-opinjoni pubblika, fejn tidħol ix-xena politika ta’ gżiritna, u min qiegħed fuq quddiem, fuq wara, jew ma jidhirx daqs kemm ma tidhirx gidma ta’ nemusa fuq il-warrani li anke jekk tkun qed tgħamillek ħajtek infern tibqa’ tgħid li ma teżistix.

Mela mal-ewwel daqqa t’għajn, mill-polls il-Labour jidher li qed jiġri quddiem qisu żiemel tat-trott. Issa korruzzjoni left right and centre, kumpaniji fil-Panama, bejgħ bis-sale ta’ kulma ħallewlna missirjietna u bini kullimkien ibda mill-art u spicca fis-sema, tistgħu ma tgħidu xejn, għax in-nies jidhru li jippreferu lil Joseph Muscat b’qalbhom kollha, u ruhhom kollha u bis-setgħat tagħhom kollha.

U la ghax irid idaħħlilhom l-abort kontra li kien wiegħed, u la għax irid jordom pajjiż fil-konkos u la għax ta’ madwaru ibagħbsu fil-Panama, skond il-polls in-nies lil Joe l-ginger iridu u lil Simon għadhom ma jistgħux jaċċettawh.

Naturalment Arnold tal-AD u jien ma nissemmewx għax ahna biss gdim tan-nemus fil-patatina, u allura mhux fl-interess tal-poplu li jinkixef il-warrani ta’ ħadd anke jekk iċ-ċensura issa hija ħaġa tal-passat u ta’ dawk il-jaq li ma jafux x’jiġifieri tkun avangart u progressiv moderat.

Issa żommu f’moħħkom u qatt tinsew li dan huwa poll serju hafna, serju daqs dak li qalilna li ser jitlef il-Brexit u ser tirbah Clinton, bid-differenza li tagħna made in Malta, u allura n-nies żgur li ser jgħidulek dak li jhossu, mhux kif qaltli Mananni li stqarret miegħi li jċempel min iċempel ħa tgħidlu viva Joseph ħabba l-promotion ta’ binha, anke jekk kif taqta’ tibda tgħajru brikkun, imbruljun u taqtagħlu jdejha biex ma ngħidx partijiet oħra tal-ġisem.

Mat-tieni daqqa t’għajn  joħroġ li l-PN jonqsu dik il-haġa mohġaġa li tista’ tagħtieh l-ispinta ‘l quddiem imma li jidher li għadu ma skoprihiex anke jekk Salvu Mallia mar magħhom bil-kelb b’ kollox, u t-tifel ta’ Frans Sammut għenhom bil-ktieb fuq l-iskandlu tal-Panama.

Il-PN jagħzaq fl-ilma kien, u jagħzaq fl-ilma għadu, għalkemm dejjem b’aktar ħeġġa u ħila.

Mat-tielet daqqa t’għajn jidher ċar li terz tal-poplu la jafdaw lill-PN  u inqas u inqas lill-PL, bl-ekonomija numri bomba u bżar fl-għajnejn kollu taghħom.

Terz tal-poplu qed jistennew u jaraw x’ ser jiġri. Qed jaraw aħna tal-PD fejn qegħdin u x’nirrapreżentaw u x’ħa nagħmlu bina nfusna.

Issa jaħasra tridu tifhmu aħna m’ ghandniex il-magna propaganda li għandhom iż-żewġ partiti l-kbar, u jekk ikollna żewġ soldi nippreferu nagħtuhom għajnuniet diretti lin-nies, allura nitlobkom tifhmu u tiftakru dak li huwa bażiku imma għalina ċ-ċentru tal-politika tagħna.

Aħna qed naraw, anke mill-oppożizzjoni li intom minn intom tgawdu rispett u dinjita minn qabel it-twelid sa meta tindifnu.

Nafu kemm hawn nies fostna waħedhom, qalbhom sewda u minsijin mis-soċjeta anke jekk qegħdin f’istituzzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jiehdu ħsiebkom, jew f’familji li suppost jipproteġukom.

Aħna qegħdin hemm biex inġibu l-kawża tagħkom ‘il quddiem bil-fatti, issa kif qed nagħmlu bil-kwiet u aktar u aktar jekk ‘il quddiem tagħtuna s-saħħa tal-vot tagħkom.

Aħna anke mill-oppożizzjoni qed nissieltu biex pajjiżna jżomm il-karattru tiegħu, determinat minn bilanċ fraġili bejn is-sbuħija naturali, wirt storiku arkitettoniku ewlieni u l-bżonn li jitlob tkabbir fl-ekonomija sostenibbli.

Irridu li nħallu pajjiż aħjar milli sibna għal uliedna.

Qed niġġieldu bis-sħiħ biex l-identita ta’ pajjiżna tibqa’ renjanti mhux tintilef taħt il-konkos u t-tlellix.

Aħna anke mill-oppożizzjoni qed nagħmlu minn kollox biex il-ġid tal-poplu jitqassam b’mod ġust mal-poplu kollu mhux min hu mejjet għall-qatra u min hu mejjet fis-sakra!

Aħna mill-oppożizzjoni kilna lsinna biex ngiegħlu l-gvern jurikhom il-kuntratti ta’ bejgħ ta’ dak kollu li missirijietna sarrew għalina u l-gvern PL għamel flus f’isimkom!

Jekk tiftakru dawn biss, u żżommu f’moħħkom li ahna l-partit tal-verita, sena w’ nofs oħra ma jkollkom l-ebda konfużjoni f’moħħkom fejn ser tivvutaw.

Sadanittant, sewwa tagħmlu. Meta jċemplulkom għidulhom viva l-labour u viva joseph ma jmorrux jivvendikaw rwiehhom minkom. Ftakru li għandhom armata sħiħa mħallsa minn butkom biex jattakkaw lil min ma jibżax iwassal il-verita!

Fil-frattemp aħna tal-PD nieħdu gost li fil-polls nidhru daqs nemusa.

Wara kollox, qatt kontu tafu liema annimal jagħmel l-aktar ħerba malajr mill-umanita? Mhux l-iljunfant l-aħwa! Staqsu l-ask.com!

Likes(0)Dislikes(0)