Author Archives: admin

il-ħajt ta Trump

Il-President Trump iddeċieda li jagħtiha għall-ħitan.

Dak li jrid jibni biex jifred l-Istati Uniti minn mal-Messiku huwa ħajt tal-ġebel, ħajt li jrid jibni biex jarah kulħadd, inkluż huwa stess biex ifakkar lilu nnifsu li issa għandu poter bla qies u li qed jikkmanda hu.

Iżda dan tal-Messiku mhuwhiex l-uniku ħajt li jrid itella’ dan in-negozjant kantun kantun.

Trump irid jibni ħajt bejn il-politika ambjentali Amerikana u kull politika oħra li tfittex li tħares id-dinja minn aktar sfreġju ambjentali li qed jikkawża tibdil fil-klima.

Imbagħad hemm is-sur li qed inibbet bejn razez u reliġjonijiet, drittijiet tan-nisa u l-oppressuri tagħhom, interessi kummerċjali Amerikani u internazzjonali u elf haġa ohra.

Il-politika ta’ Trump hija l-politika ta’ aħna u huma, politika li tifred lill-popli minflok tqarrabhom, politika li diġa qed tħalli sinjali ta’ xquq kbar bejn dak li huwa l-poplu Amerikan stess.

U fid-dinja tal-llum, Trump mhux l-uniku li qed jirraġuna u jmexxi b’dan il-mod.

Pass ‘il boghod fl-Ungerija, Orban tella’ lqugħ tal-wire mal-fruntiera ta’ pajjiżu biex ma jħallux refuġjati jidħlu. Kull ma jmur il-Gvern tiegħu qed ixaqleb lejn l-awtokrazija minkejja li huwa membru shih fl-EU.  Il-Polonja bil-Law and Justice party miexja ‘l hemm ukoll. Franza u l-Olanda għad iridu juruna xi jsarrfu, filwaqt li l-Ingilterra diġa wriet sniena fl-istess direzzjoni meta l-Brexit rebah ir-referendum, li jfisser li l-Gran Brittanja tippreferi tfendi għal rasha milli tibqa’ parti mill-blokk Ewropew.

Il-mistoqsija li tqum hija kif ser nirreaġixxu aħna li nemmnu li bejn il-gnus, razez, reliġjonijiet, blokok kummerċjali u politiċi m’għandux ikun hemm ħitan?

Fiżikament ħafna minna rreaġixxejna diġa tant bis-saħħa li fl-1989 twaqqa’ l-ħajt ta’ Berlin li kien l-edifiċju fiżiku li jissimbolizza firda fi ħdan l-istess ġens, imma wkoll fondoq politiku globali.  Imma mill-89 ‘l hawn id-dinja u l-Ewropa għaddiet minn taqliba sħiħa. Tant li dak il-ħelsien fiżiku u mentali li kien hekk mixtieq dak iż-żmien, tant indara li sar jittieħed for granted. Il-gwerra li wasslet biex inbena dak il-ħajt għodda ntnesiet u erġajna qed naraw eluf ta’ refuġjati ggranfati ma’ barrikadi tal-barbed wire bħalma kienu l-miljuni ta’ Lhud u nies mhux Arjani fl-aħħar gwerra.

Il-mexxejja ta’ dak iz-zmien, li zergħu il-mibgħeda u l-firda, ukoll kienu mexxejja li ħadu posthom b’mod legali. Kienet sitwazzjoni simili bħal tal-lum, sitwazzjoni ta’ tgerfix u faqar soċjali fejn mexxejja oħra ma bdewx jemmnu dak li kien qed iseħħ quddiem għajnejhom sakemm kien tard wisq.

Għaldaqstant, aħna li rridu l-paċi u l-għaqda bejn il-ġnus, razez, reliġjonijiet, aħna li npoġġu d-dinjita tal-bniedem hu min hu l-ewwel u qabel kollox, m’għandniex noqgħodu lura milli nsemmgħu lehinnha favur l-għaqda u kontra l-firda u min jiżragħha.

Izda li npaċpċu mhux biżżejjed.

Jekk mhux ħa nħaddmu politika li tnissel fiduċja bir-riżultati tagħha diretti fuq iż-żgħażagħ, familji u l-anzjani, ahna nkunu qed ngħinu lil Trump itella’ l-ħitan.  In-nies tqażżu bil-politika tal-illużoni, tad-daħq fil-wiċċc u l-Makkjavelliżmu. Fejn hemm il-faqar materjali u soċjali jeħtieġ jiġi ndirizzat bis-serjeta mhux billi nwaddbulu ċifra ta’ flus u fejn laqat laqat.

Nisperaw li meta l-mexxejja tal-EU jiltaqgħu f’ Malta dil-ġimghħa, ir-rappreżentanti tagħna bla tlaqliq jiddeploraw deċiżjonijiet ta’ mexxejja li ma jagħmlux gieh lill-umanita u jidderieġu lill-pajjiżi membri fit-triq ta’ aktar għaqda u inqas ħitan.

Il-ħazin ma jintrebaħx b’aktar ħażen. Jintrebaħ bil-ħafna tajjeb.

Likes(0)Dislikes(0)

Towards a coalition of hope

Recently there has been much talk of a coalition against corruption between PN and the smaller parties, a concept touted by PN Leader Simon Busuttil.

The idea is interesting but as deputy leader of Partit Demokratiku, I take exception to the idea of a coalition against something. Why such negativity? If there are to be coalitions, they should be there to build something new, not halt what already exists.

Politics in Malta is all about negativity and exclusion. Many people do not vote for a party, but rather against one. And why is that? We are bombarded every election cycle with news and accusations of corruption by the ruling party, and yet, never, since Independence, has a minister been brought to account.

It leads us, the people, to conclude either that the accusers have been lying all along and have been taking us for a ride, or that both major parties are in private collusion with each other to hide their corruption to the benefit of both.

I will leave you to judge which is more likely. In the meantime, we choose between what we perceive is the lesser of two evils.

Yet the people are disgruntled with the current political system. They are fed up with the politics of contrast; fed up of the mentality of us and them; fed up with political parties who put themselves and their members first, and the country and its citizens second; fed up with the rotating door culture where, when one party is in power, half the population benefits and the other half suffer.

We are one very small nation; we cannot afford to waste talent, hinder initiative and growth, promote the undeserving and exclude anyone from contributing to our tiny country moving forward.

People are fed up with the politics of contrast; fed up of the mentality of us and them; fed up with political parties who put themselves and their members first, and the country and its citizens second; fed up with the rotating door culture

However, does it need to be that way? A survey conducted by the University of Malta about what people thought was most important in their lives found that it was not material gain, nor career progression, it was family and hope. People need to feel that there is something better over the horizon, not much of the same. They want to see greener pastures, not the arid landscape of déjà vu we are dished out every five years.

Is it possible? Why not? Despite our small size, Malta is blessed with a wealth of talent that remains untapped because everything spins on the merry-go-round of our two-party political system.

Recently I have met with dozens of people eager to contribute their expertise to the benefit of the nation. And yet, because by their very nature they are hardworking and honest, they do not want to be tarred with the current political brush.

What is needed is to get them and the general public to believe once again that politics and politicians are there to serve not to be served. They must believe that neither of the two parties care more about power than progress and that they are willing to share that power for the benefit of all. And when I say share power, I mean not only with other political parties, but with civil society, the NGOs, the unions.

If all were to contribute in a spirit of cooperation towards a common goal, it would be in everyone’s interest. We could work towards a genuinely inclusive society; a balanced economy where wealth is distributed in a just and fair manner; a less stressful and flexible education system; a proactive not reactive health service; a bold solution to our transport infrastructure not patchwork stop-gap ideas and, most importantly, true good governance. We could guarantee the preservation of what is left of our natural environment for future generations and work together to vastly improve the urban one and our well-being with it.

Yes, Malta does need a coalition, but not only of political parties in an attempt to stop the current government being re-elected. That will not work. Malta needs a coalition that offers something new, thinks outside the box, is willing to share power with all the stakeholders in our society. Is able to listen, learn, co-operate and compromise. It needs a coalition that embraces us all. Politicians or otherwise. It needs to inspire all sections of society to contribute something to our country.

It needs to offer that something intangible we all live in. It needs to be a coalition of hope.

Anthony Buttigieg is deputy leader of Partit Demokratiku.

Likes(0)Dislikes(0)

Nobody in Malta should go hungry.

A civilised society looks after all its members, including the poor and vulnerable. It is unfortunate that so many people have come to rely on Foodbanks and the news that Foodbanks are running low on food is very worrying: it is a sign that we have been relying on unsustainable charity for too long in order to feed the less fortunate in our society. We need to create a long-lasting, sustainable system whereby nobody has to rely on charity in order to eat.
Partit Demokratiku calls on the government to liaise with social services, community groups and local experts in order to come up with a sustainable solution to people relying on foodbanks.
Furthermore, Partit Demokratiku calls on the government to take concrete action against food wastage. A law which is similar to that passed in France should be enacted to prevent food wastage. Such law would prevent supermarkets and catering establishments from disposing of the surplus of food which is good for human consumption and will instead have to donate it to charities or foodbanks. Food which is not good for human consumption can be either used for animal feed or turned into compost.
Such measures would serve as a short term solution until long term sustainable solutions are found to prevent people in our society from going hungry.
***
Stqarrija Stampa 26.01.2017

Ħadd f’Malta ma għandu jorqod bil-ġuħ.

Is-soċjeta’ għandha tieħu ħsieb lill-membri kollha tagħha, u dan jinkludi l-fqar u l-vulnerabbli fl-istess soċjeta’. Hi ta’ sfortuna kbira li ħafna nies spiċċaw jiddependu mill-foodbanks u l-aħbar li dawn il-foodbanks qiegħed jispiċċalhom l-ikel hi waħda inkwetanti. Dan hu sinjal li ilna żmien twil inserrħu fuq sistema li mhix sostenibbli biex dawk li huma inqas ixxurtjati jkollhom x’jieklu. Għal daqstant hemm bżonn li noħolqu sistemi li huma vijabbli u li jqisu l-affarijiet fit-tul u mhux inkun hemm nies dipendenti fuq karita’ biex jieklu.
Il-Partit Demokratiku jsejjaħ il-gvern biex flimkien ma’ servizzi soċjali, l-gruppi fil-kommunita’ u esperti lokali jsibu sistema sostennibli biex jgħinu lin-nies li jiddependu fuq il-foodbanks.
Il-Partit Demokratiku jħeġġeġ lill-gvern Malti biex jieħu azzjoni konkreta fejn tidħol il-ħela tal-ikel dan billi jgħaddi liġi li jagħmilha llegali li ħwienet tal-merċa jarmu l-ikel. Il-gvern Malti għandu jimxi fuq l-eżempju Franċiż u jgħaddi liġi kontra l-ħela tal-ikel. L-ikel żejjed li jibqa’ u li għadu tajjeb għal konsum minn nies, kemm minn supermarkets jew stabbilimenti kbar tal-ikel għandu jingħata lill-istituzzjonijiet tal-karita’. Dak li ma jkunx tajjeb għall-konsum uman jista’ jingħata lill-annimali jew isir kompost.
Din tista’ sservi bħala soluzzjoni ‘short-term’ sakkem jinstabu soluzzjonijiet effettivi ‘long-term’.
Likes(0)Dislikes(0)

Tenants should not be paying more

arms

Tenants should not be paying more.

Partit Demokratiku calls on the government to take immediate action against the discriminatory practices currently being used by ARMS limited with regards to electricity and water bills for tenants. Partit Demokratiku would like to remind the government in particular the minister without portfolio in the office of the prime minister that the infringement proceedings moved by the European Commission were closed as they have promised to take action.
People renting their houses shouldn’t be discriminated against by having to pay up to 50% more in utility bills and being classified under domestic rates, instead they should be classified under residential rates, like any other person paying for their utility bill for their primary home.
Just because landlords do not declare properties which are being rented out and thus evading tax, ARMS should not be punishing the tenants and helping the landlords in return. We are currently witnessing a situation whereby tenants are experiencing an exorbitant increase in their rents and at the same time they are being discriminated against by a governmental agency.
***
Stqarrija Stampa 27.01.2017
Il-kerrejja ma għandhomx għalfejn jibqgħu jħallsu iktar. Il-Partit Demokratiku jitlob lil gvern biex jieħu azzjoni immedjata ta’ prattiċi diskriminatorji mill-ARMS Limited fejn jidħlu ħlas ta’ dawl u ilma fil-konfront tal-kerrejja. Il-PD jixtieq jfakkar lill-gvern, b’mod partikolari lill-ministru bla portafol fl-uffiċju tal-prim ministru li kienet wegħda tal-istess gvern li se titieħed azzjoni f’dan ir-rigward. Dan ukoll wara li nstab li Malta kienet qegħda tmur kontra l-liġi tal-UE. Il-kerrejja qegħdin jiġu ddiskriminati billi dawna qegħdin iħallsu sa 50% iktar fuq kontijiet tal-ilma u l-elettriku meta huma qegħdin jiġu mniżżla taħt ‘rati domestiċi’ minnflokk ‘rati residenzjali’ kif jiġri fil-każ ta’ sidien ta’ djar għar-residenza primarja tagħhom. Billi ħafna propjetajiet li huma mikrija ma jkunux iddikjarati mis-sidien, l-ARMS qegħda tkompli żżid il-piż fuq il-kerrejja meta qegħda ġgelgħom jħallsu iktar fuq il-kontijiet tal-utilita. Ninsabu f’sitwazzjoni fejn il-kerrejja qegħdin jesperjenzaw kirijiet li iktar ma’ jmur iż-żmien iktar qegħdin jgħolew u fl-istess ħin qegħdin ikollhom iħallsu iktar għax l-aġenzija tal-gvern għadha ma rrimdejatx is-sitwazzjoni.
Likes(0)Dislikes(0)

Tagħna lkoll

Bħalissa hawn tgerfix sħiħ fix-xena politika Maltija.

Mela Tal-Lejber mhedijin iħabbru nvestimenti kbar.

Miljuni kontra mijiet ta’ miljuni.

X’ħin tindaga ssib li veru nvestimenti bomba, imma mhux għall-poplu jew għall-pajjiż izda għal erba’ businessmen li qed inittfuna sufa sufa bil-barka ta’ min suppost qed iħaddem ġid pajjiżna f’isimna.

Fil-frattemp biex iżommuna aljenati u allegruzi, ramaw b’konsenja vleġeġ aktar milli kellu Robin Hood.

Kif l-oppozizzjoni Nazzjonalista tiftaħ ħalqha, jisparaw vleġġa jew tnejn lejn min jidhrilhom, imbagħad fuq il-ONE dlonk jitfghu id-diska li l-PN maħmuġin u allura kulħadd maħmuġ imnitten, u la d-dawl ‘raħas’ ħmieġ bi ħmieġ aħjar il-Lejber, u r-rota tkompli ddur u ddur u aktar iddur.

In-Nazzjonalisti minn naha l-oħra qed jagħtu l-impressjoni li għadhom imgerfxin ukoll.

Kultant joħorgu dokument li jagħti ħjiel li ġol-partit hemm min hu moħħu fuq għonqu u qed jagħmel xogħolu, mill-bqija addio it-three musketeers, Beppe, Simon u Mario, għax issa dahal Salvu Mallia, u ta’ ragel li hu, hekk imdakkar u mħeġġeġ mill-istorja tal-famuż iżda traġiku Pushkin serqilhom l-ispotlight mid-dar ċentrali u tefagħha fuq spettaklu ta’ ‘gladiators ‘li ghan-naqa ma sehhx go Strada Rjali l-Belt ftit lil hinn mit-Tejatru bla saqaf li sallbuna bih.

Sadanittant ix-xena politika qed tmiss il-qiegħ.

Minflok niddiskutu avvenimenti serjissimi li ghaddejjin fil-pajjiż, qed niddiskutu min ser idabbar l-ewwel black eye. Jekk hux id-difensur tal-Ministru tal-Ugwaljanza jew Salvu tal-PN.

U l-mistennnija Presidenza tal-UE li ħa tiswielna 40 miljun fuq il-karta, għaddejja u għaddejja riħ.

U l-mistoqsija hija x’taqbad tagħmel f’ċirkustanzi bħal dawn.

L-ewwel istint tkun li tħaffer ħofra fonda fonda fir-ramel, tgħaddas rasek u la tara u lanqas tisma’.

Issir zombie u kif tħossok riega’ ġej għan-normal, tħaffer naqra aktar fil-fond u terġa’ tgħerreq moħħok ‘l isfel ‘l isfel bit-tama li ma tiġi konxju qatt.

It-tieni istint, wara xi żmien taħt ir-ramel ikun li tibgħat lil kull min qed idallam il-Parlament illum (inkluz jien), u tħeġġeġ biex nixkanaw liz-zewg partiti morda minn hemm u npoġġu nies totalment ġodda fuq is-siġġijiet tal-eżekuttiv u l-Parlament tal-pajjiż. Dan il-ħsieb jibqa’ tajjeb sakemm is-sens komun jgħidilna li l-ġdid tajjeb, iebes ħafna biex issibu u trawmu, u li doża ta’ esperjenza politika nadifa tista’ tkun bżonnjuża wkoll.

Mela imbagħad naslu għat-tielet istint.

Jien diġa għaddejt minnu meta wara li thallna fl-EU, fit-2004 sseħibt mal-MLP meta kien għadu kemm ġarrab telfa kbira ohra, bl-intenzjoni li ngħin fit-tiġdid tiegħu biex ikun Gvern alternattiv għall-PN li skond iċ-ċiklu tal-politka lokali kien altru li skadielu ż-żmien.

Ninsabu fi żmien simili.

Il-PL f’qasir zmien iġġandar bil-kbir. Tal-biki x’ħin tara Ministru bhal Varist ikompli jaqa’ għaż-żufjett il-gimgha l-ohra. Skandli. Żufjett. Żufjett u skandli.

Il-PN minn naħa l-oħra qed jitqanżaħ biex jiġġedded biżżejjed minn ġewwa.

Iż-żmien li baqa’ huwa qasir.

Kull vot jgħodd biex tinkiseb il-maġġoranza ġdida biex entita akbar u aħjar mill-PN li nehhejna, tiggverna mill-gdid.

Aħna tal-Partit Demokratiku nħloqna fl-interess nazzjonali.

Nistgħu nagħtu kontribut qawwi biex in-nies ikollhom għazla veru meta jigu biex jivvutaw.

Kultant bħal mogħdija mharrbta. Tkun aktar faċli li ġġib il-materjal u twitti l-ħofor bil-ġdid milli li tonġor il-blat, speċjalment jekk ikun żonqri.

Imma biex iżomm il-ġdid il-ħofor iridu jitnaddfu u t-taħlita trid tkun tajba, inkella mal-ewwel xita jitlaq kollox mal-wied u l-mogħdija tisparixxi.

Malta għandha bżonn gvern stabbli, b’saħħtu u onest.

Il-Partit Demokratiku u l-Partit Nazzjonalista mnaddaf flimkien jistgħu jagħtu dan lill-poplu.

Hekk ħa nagħmlu.

Jonqos biss ftit affarijiet fuq xhiex naqblu, li jaċċertawna li l-poplu ma jerġax jiġi ngannat bhalma ġara bil-Moviment li beda Tagħna Lkoll u spiċċa tagħhom biss.

Likes(0)Dislikes(0)