Author Archives: admin

Minimum wage increase

minimum_wage

Likes(0)Dislikes(0)

email from Dr Marlene Farrugia to Europol

Print
Dear Sir,

As a Member of Parliament in the Maltese Parliament, I wish to draw your attention to the series of events that have unfolded in Malta in the last few days, following allegations about Panamaheld companies , Pilatus Bank and the wife of our current PrimeMinister.

Since , it is obvious that our Police force cannot be trusted , judged by its lack of timely response to the allegations and therefore its delayed attempt to seal possible evidence, I am banking on Europol to carry out the necessary investigations.

While I thank you in anticipation.

I remain, Yours Truly,
Marlene Farrugia MP
Democratic Party

Likes(1)Dislikes(0)

Nini Nini!

 

Tal-Panama Labour dalwaqt ittihom ferneżija.

Kull ma jmur qed jindunaw li n-nies mhux bħanan daqs kemm jaħsbuhom.

Qed jindunaw li ħlief għal dawk il-ftit – u dejjem jonqsu – li jisimgħu biss il-vanġelu tal-One u jemmnu mingħajr l-iċken ħsieb u mistoqsija dak li jgħidilhom id-dell ta’ dak li kien Ġużi ta’ Burmarrad, il-kumplament tal-popolin qed jirnexxielu jittawwal u jara x’jidher minn bejn ix-xquq li issa qed iċarrtu sew l-istampa li jpinġi l-Gvern Panama Labour biex jostor sew il-kwadru veru li huwa l-pajjiż illum.

 

Dan il-paniku tant ħakem il-Panama Labour u l-erba’ skjavi rgħiba tiegħu li lanqas biss qed jindenjaw ruhhom jaħbu l-ġenn li ħakimhom. Intefgħu jagħmlu konferenza stampa kontra konferenza stampa mingħajr biss jirrealizzaw li ma’ kull waħda qed jiskurjaw goal ieħor fil-lasti tagħhom stess!

Għax, ejja ngħiduha kif inhi, dawn possibbli jaħsbu li xi ħadd jeħodhom bis-serjeta meta jitkellmu fuq il-korruzzjoni tan-Nazzjonalisti passata, preżenti jew immaġinarja, meta jafu li l-Gvern li tellgħu mhux talli istituzzjonalizza l-korruzzjoni (minflok iġġilidha kif wiegħed), talli żamm żewġ kapuljuni tal-istorja tal-Panama ġo Kastilja biex żgur jibqa’ jfakkar lin-nies bl-ipokrezija tal-Gvern li tellgħu!

Kull darba li jiftħu ħalqhom fuq korruzzjoni, il-poplu li jaħsbu li mutu, trux u għami, jfakkruh fuq id-dnubiet ħoxnin u bla qies li rnexxielhom jagħmlu huma f’dawn l-erba’ snin!!

Dan apparti mill-fatt li mill-iskandli li jattribwixxu huma lill-Gvern ta’ qabel bħal per eżempju l-iskandlu taż-żejt, il-konkos ta’ Mater Dei, il-ħsara f’Binja Buqana u x’naf jien, mhux talli ma ressqu ‘l ħadd talli dawk implikati llum huma fil-qalba tal-Panamagang li tmexxi l-pajjiż!

Imma l-iktar li splodiet il-ferneżija li għandhom, li turi biċ-ċar kemm il-Panama Labour gang qed tibza’ mill-Laburisti veri u mhux ċwieċ, toħrog meta tara l-kandidatura li ser iwaddbu fuq il-ħames distrett!

Mannara kontra kapuljuni kontra kapuljuni akbar tal-klikka ta’ ġewwa tal-Panamagang li wħud minnhom, biex ma ngħidx kollha, skoprewna lilna ta’ wara l-mina f’dawn l-aħħar sentejn għax jarawna bħala l-għodda li għandhom bżonn biex ikomplu jerdgħu minn fuq il-poplu, open bar, għall-hames snin li gejjin bħalma għamlu sfaċċatament u bla mistħija fl-erba’ snin li għaddew.

Kieku xi ħadd minnhom fetaħ halqu biex jiddefendi l-abbuż fuq il-ħames distrett dawn l-erba’ snin. Anke minn kien forsi jtarraf xi ħaga qabel, biex ikompli jpappi u jmexmex l-għadma sa l-aħħar, f’din il-leġislatura bela’ lsienu ma jmorrux joħdulu x-xufier li tefgħulu minflok il-flus jintużaw biex mediċina tal-kanċer teħodha mingħajr ma jkollok tmur tittallab għand il-Community Chest fund!

X’ħin dawn il-kandidati laburisti iħabbtulhom il-bieb lin-nies tal-ħames distrett, kull m’għandhom jagħmlu hu li jsaqsuhom qabel l-elezzjoni tal-2013 kemm kellhom paga u perks imħallsin mill-poplu, u mill-2013 ‘l hawn kemm dabbru paga u perks, u kemm nefqu fuq safar fuqhom infushom imħallas ukoll mill-poplu.

Imbagħad, in-nies tal-ħames distrett għandhom jistaqsuhom ukoll x’qatt taw dawn għall-irħula u l-komunitajiet tagħna, mhux x’ferrqu mill-flejjes pubbliċi imma kemm-il darba daħħlu jdejhom fil-but tagħhom stess u mix-xogħol u s-sagrifiċċju tagħhom personali, wieżnu attivita kulturali, sportiva, reliġjuża jew ta’ xort’oħra fl-irħula tagħna!

Imbagħad għandhom jistaqsu lil dawn il-kandidati xi proġetti ġodda saru fil-ħames distrett, li ma kinux mibdija minn-Nazzjonalisti, jew li ma tħallsux mill-fondi tal-EU li wkoll gabuhom n-Nazzjonalisti bid-difetti kollha tagħhom.

Tinsewx tistaqsu għalfejn Wied Fulija li l-Lejber kien għamlu miżbla u l-PN għalqu, rega’ beda jintuża għar-radam u x’ħa jagħmel bih Gvern Laburista gdid, jekk hux ħa jirrestawrah u jagħtih il-hajja jew hux ha jimlieh pjanċi tas-solar koroh pesta. Tistghu tistaqsuhom x’sar minn Wied Babu, fejn konna nilgħabu meta konna tfal. X’baqa’ minn Wied il-Buni u Pretty Bay minkejja t-tkarwit ta’ qabel l-elezzjoni.

Imbagħad staqsuhom għalfejn daħqu bina minħabba li l-power station cancer factory għadha ddaħħan sal-llum għax mhux veru qalbu għall-gass jew gasoil wara sitt xhur kif wegħduna.

Staqsuhom għalfejn il-ħażna tal-fuel sal-lum għadha ġol-qalba ta’ Birzebbuġa u t-tankijiet tal-Qajjenza għadhom hemm weqfin weqfin!

Staqsuhom għalfejn Wied iż-Żurrieq baqa’ fi stat t’abbandun u l-Qajjenza ma teżistix ghal-Panama Labour.

Staqsuhom fuq kollox kif jekk l-ekonomija sejra tajjeb  daqshekk, kif gol-hames  distrett baqa ftit mill-aghar toroq li hawn fil-pajjiz.

Staqsuhom fejn ġejja r-racetrack bl-istorbju u l-veleni li jintefgħu fl-arja kollha tagħha, apparti mill-qerda tal-ftit raba li baqa’!

Il-quddiem ngħidilkom aktar x’tistaqsuhom x’ħin ġejjin iħabbtulkom il-bieb dawn li ghalihom hawn isfel ‘tank taż-żibel’, imma jigu jsellmulu meta jkollhom bżonn ċavetta ġdida għall-poter.

Naturalment jien ser nissemma’ xi ftit ukoll x’ħin tiftħulhom.

Meta jiġi ta’ Burmarrad, għax insejt ngħidilkom imma dan ser jiġi jitlobkom il-vot ukoll, għalhekk qaċċat lil Karmenu Vella u għadu jipprova sa issa permezz tal-magna qarrieqa tiegħu jiskredita lili, meta jiġi Ġużi għidulu li veru li aħna tfal tal-ħaddiema u aħna umli u sempliċi, imma mazzuni xorta m’aħniex, u jekk jaħseb li daħaq bina f’ħafna affarijiet, mela għarralu bl-ikrah, għax grokk whisky jieħdu imma l-vot kif ngħidu aħna tar-raħal nini nini!!

U meta jsemmulkom lili mbaghad ighdulhom li lili tafuni nitrabba miż-Żurrieq, in-nanna minn-Birżebbuġa u ngħix il-Qrendi, li għandi d-difetti t’Alla kollha imma li twelidt u dejjem għext l-ewwel Maltija u mbaghad Żurriqija, li dejjem rajt nies mhux simpatiji politiċi, u li lil pajjiżi u lill-poplu tiegħi dejjem żammejtu l-ewwel u qabel kollox, kif għallmuni minn twelidi, anke meta li nagħmel hekk fisser attakk sfrenat u feroċi ma jaqta’ xejn  fuq persunti u fuq il-kredibilita’ tieghi.

Jagħmlu x’jagħmlu ftakru li dak li nemmen fih ma niċhdu qatt u minix għall-bejgħ biex dak li kont ngħidlu ħazin issa nagħlaq ħalqi b’approvazzjoni jew agħar minn hekk ngħidlu tajjeb!

Ftakru ħaġa ohra wkoll, illi minn jivvota lili qed jivvota għall-Moviment Laburista ta’ Malta Tagħna Lkoll (għallinqas li ħallew minnha) anke jekk taħt isem ieħor.

Min jivvota lili qed jivvota għal politiċi li l-politika għalihom tfisser servizz lil pajjizhom, filwaqt li min jivvota għal Joseph Muscat u sħabu jkun qed jivvota għall-Panamagang li ħakmet lill-Partit Laburista biex takkwista l-poter sabiex tbiegħ lil pajjizna, bhallikieku Malta Taghhom Biss, ħalli jgawdu l-erbgħa ta’ ġewwa.

Likes(0)Dislikes(0)

Partit Demokratiku welcomes the amendment to the Criminal Code

jail
Partit Demokratiku welcomes the amendment to the Criminal Code which was moved last Wednesday in Parliament. The law to be amended saw a person sentenced to 5 years imprisonment for having involuntarily killed a man and injured his sister in a traffic accident in 2011
The removal of the minimum penalty, which was triggered in the recent case, leaves it up to the discretion of the magistrate presiding over the case to sentence offenders as he/she deems fit and according to case law.
Partit Demokratiku believes that while sentences for criminals should be tough, it also understands that some people are victims of circumstances, and this should be taken into account when judgement is passed.
Il-Partit Demokratiku jilqa’ l-emenda fil-liġi tal-Kodici Kriminali li ġiet imressqa nhar l-Erbgħa fil-Parlament. Din l-istess liġi kkundanat peruna 5 snin priġunerija fuq qtil involontarju ta` raġel u korriment fuq oħtu f’inċident ta` traffiku li seħħ fl-2011.
Bit-tneħħija tal-infurzar fuq l-inqas penali bil-liġi, d-deċizjoni taqa’ f’idejn il-magistrat biex jgħati/tgħati sentenza xierqa skont il-każ li jkun prezentat.
Għalkemm il-Partit Demokratiku jemmen li sentenzi fuq reati kriminali għandhom ikunu ħorox, jifhem ukoll li f’certu każijiet persuna tista tkun vittma taċ-cirkustanzi, u dawn għandhom jitqiesu meta tkun se tingħata sentenza.
Likes(1)Dislikes(0)

Post-Acapulco Malta

Ara ma tgħidulix li m’aħniex pajjiż ossessjonat b’pajjiżi oħra, għax ngħidilkom qegħdin fil-qamar.

Wara li ppruvajna nkunu Svizzera fil-Mediterran, ippruvajna ngibu lid-Dubai u l-Singapore Paceville u San Giljan, issa twikkejna bin-nofsinhar tal-kontinent Amerikan. U din id-darba donnu bħal fatta ma nistgħu neħilsu minnu b’xejn.

L-ewwel tqannajna bl-iskandlu tal-Panama li għadu ggranfat mal-Gvern bħall-granċ, u issa ma kienx Acapulco, għax konna għodna morna l-baħar ta’ veru.

Ngħid ghodna, għax għalkemm jien llum parti minn partit politiku gdid, li huwa l-Partit Demokratiku, ma nħossni xejn differenti fil-fehma mill-Laburisti ta’ veru u Nazzjonalisti ta’ veru, ilkoll Maltin l-ewwel li flimkien tellgħajna l-Moviment Laburista fil-Gvern erba’ snin ilu.

Aħna ma nbdilna xejn.

Konna ngħidu li rridu governanza responsabbli, trasparenti u meritokratika u hekk għadna ngħidu.

Wara kollox min ma jridx politika responsabbli?

Id-differenza bejn dak iż-żmien u llum hija li f’Malta ta’ qabel il-Panama, il-ħażin konna lkoll ngħidulu ħażin u nikkoreġuh, fil-fatt irrezenjaw Ministru u Segretarju Parlamentari (Manwel Mallia u Micheal Falzon), filwaqt li f’post-Panama Malta, dawk li vvutaw ghal Moviment Laburista biex jakkwistaw huma, il-ħażin saru jgħidulu tajjeb, u huma lesti li jiskużawh b’kull mod, filwaqt li dawk li vvutaw għall-bidla vera fid-direzzjoni ta’ governanza għaqlija u sinċiera, il-ħażin baqgħu jgħidulu ħażin u t-tajjeb baqgħu jgħidulu tajjeb.

Bħalma ġara diversi drabi oħra fl-istorja politika ta’ pajjiżna, din id-darba, ferm u ferm aktar malajr mis-soltu, żviluppat sitwazzjoni fejn votant lill-partit speċifiku jibda’ jħossu jitbiegħed minn dak li jkun ivvota għalih, mhux għax ikun qed jiċċaqlaq hu imma ghax il-partit ikun qata’ l-ankra u telaq mal-kurrent iġorr fuqu biss dawk li fl-interess tagħhom jibqgħu mikrumin mal-poter u għall-poter.

Jekk tinnutaw sewwa il-blokok politiċi li jeżistu llum, fil-verita altru li aktar minn qatt qabel mhumhiex msejsin fuq linji tal-partiti tradizzjonali biss.

Hemm dawk li huma PN u jaraw maduma biss u jieqfu hemm.

Hemm min hu Laburist Josefjan u jagħmel x’jagħmel Joseph PL ben fatt,

Hemm dawk li vvutaw dejjem skond  l-analiżi u l-kuxjenza tagħhom, jammettu li l-Labour ta’ Joseph ikkuljunahom, u qed ifittxu blokk politiku li jirrifletti s-sentiment tagħhom.

Hemm dawk li qatt ma vvutaw għax liż-żewg partiti l-kbar ma jgerrhuhomx, imma forsi jivvutaw.

U hemm dawk li qattgħu il-karti għal kollox ma’ kull Gvern hu min hu.

Fi ftit kliem, f’post-Panama u aktar u aktar f’post-Acapulco Malta, meta l-kredibilita’ ta’ partit rebbieħ u ewlieni ħadet tisbita kbira, l-issue elettorali bażiku huwa min ser ikun kapaċi jnissel bizzejjed fiduċja fil-poplu votant.

U meta ngħid fiduċja nfisser fiduċja li l-but tan-nies jibqa’ mimli u jintela’ aktar, li l-gvern jitmexxa b’serjeta u trasparenza fl-oqsma kollha, u li jkun hemm line-up ta’ nies  kredibbli lesti li jservu lill-pajjiz bil-qalb imma wkoll li jerġghu jnisslu t-tama fil-votant tradut.

Ahna tal-Partit Demokratiku inħloqna propju biex nilħqu dawn l-aspettattivi tal-elettorat, kemm jekk niġu eletti fuq l-arma tal-Partit tagħna, kemm jekk niġu eletti fuq l-arma ta’ koalizzjoni pre-elettorali biex l-unijiet jiswew biex toħrog maġġoranza li tista’ tiggverna, l-interess tagħna jibqa’ wieħed: dak li nservu lill-poplu tagħna kif jixraq biex ikollna pajjiż ahjar f’kull sens.

Wara kollox aħna lkoll gejna fuq did-dinja ghal ftit żmien.

Malajr ninbarmu kollha u nagħmlu x’nagħmlu aħna ħa nsiru trab.

B’danakollu dak li nagħmlu llum ahna, il-vot tagħna fil-Parlament u barra minnu, qed jiddetta xi kwalita ta’ pajjiż ser jirtu wliedna għada, apparti mill-eżempju li qed nagħtuhom illum.

Lil hinn miz-żebliegħ u d-disprezz tal-ftit imqabbda, kif ukoll tat-tifħir ta’ ħafna nies li japprezzaw is-sagrifiċċju tagħna, jibqa’ l-fatt li fl-aħħar minn l-aħħar hija l-istorja ta’ pajjiżna, li ghad tiġġudikana.

Likes(0)Dislikes(0)